Il-Kunsill tal-Marsa jrid jum iddedikat għall-immigranti li mietu fil-baħar

Reuters

Il-Kunsill Lokali tal-Marsa u l-NGO Kopin jridu li t-3 ta’ Ottubru jsir Jum Ewropew iddedikat għall-immigranti li jkunu mietu fil-baħar.

Fi stqarrija, Kopin qalet li din it-talba qed issir flimkien ma’ 18-il awtorità lokali oħra Ewropeja u 36 NGO. Il-Kunsill tal-Marsa għandu maġġoranza Laburista. Is-Sindku huwa Josef Azzopardi.

Kopin qalet li jridu li l-ġurnata tikkommemora lill-aktar mit-18,000 persuna li mietu fl-aħħar sitt snin f’attentat li jaqsmu l-Mediterran. Il-ġurnata għandha wkoll l-għan li tippromwovi li dawk li qed ifittxu l-ażil u r-refuġjati jintlaqgħu fl-Ewropa.

Għada se jsiru xi attivitajiet bħala parti mill-proġett Ewropew Snapshots from the Borders. Se jkun hemm diversi attivitajiet bejn il-11am u s-6pm fi Pjazza Ħelsien fil-Belt Valletta. Se jintwera wkoll id-dokumentarju Another News Story fis-7.30pm fi Spazzju Kreattiv.

Għal aktar dettalji u għall-biljetti b’xejn tista’ tidħol hawn.