Read in English.
Il-Kunsill Lokali tal-Gżira fi stqarrija qal li se jkun qiegħed jappella mid-deċiżjoni tal-Bord tat-Tribunal ta’ Reviżjoni fil-Qorti tal-Ġustizzja.
Is-Sindku Conrad Borg Manche qal li sejjaħ laqgħa urgenti għall-Kunsilliera wara li l-Bord tat-Tribunal ta’ Reviżjoni ċaħad l-appell li għamel il-kunsill lokali rigward ir-rilokazzjoni tal-Pompa tal-Petrol għal-Ġnien tal-Gżira.
Żied li wara li l-Avukat Claire Bonello wieġbet għall-mistoqsijiet tal-kunsilliera, ittieħed vot favur is-Sindku Conrad Borg Manché, Il-Vici Sindku Ralph Mangion, il-Minority Leader Jeremy Cardona, il-kunsilliera Hugh Caruana, Neville Chetcuti, Ian Bughagiar, Shaun Farrugia, Jessica Borg filwaqt illi il-kunsillier Alexander Calleja Zammit astjena.
Il-Kunsill Reġjonali fi stqarrija kien qal li hemm bżonn ta’ aktar spazji miftuħa għar-residenti u mhux pompa tal-petrol fi ġnien.