Il-Kunsill tal-Għarb jilqa’ l-irtirar tal-allegazzjonijiet minn Kate Holmes

Il-Kunsill Lokali Għarb innota b'sodisfazzjon l-izvilupp riċenti fejn Kate Holmes irtirat l-allegazzjonijiet li hija għamlet aktar kmieni din il-ġimgħa fil-konfront ta' Frenċ tal-Għarb.
Il-Kunsill fi stqarrija qal li 
kien u għadu jħoss li huwa għandu jipproteġi dak li jappartjeni lil-lokalità u għalhekk ma setgħax jibqa' sieket meta konfrontat b'allegazzjonijiet simili.
Frenċ tal-Għarb fi kliem il-Kunsill Lokali huwa ikona u għandu post speċjali fil-qlub tar-residenti tal-lokalità tal-Għarb, u mhux inqas fil-qlub ta’ ħafna Għawdxin u tal-Maltin.
Fl-istqarrija l-Kunsill qal li dan ħareġ biċ-ċar mid-diversi telefonati, fost komunikazzjoni oħra, li l-Kunsill irċieva matul dawn l-aħħar jiem.

Il-membri kollha tal-Kunsill urew is-simpatija tagħhom ma' Kate Holmes u ċ-cirkostanzi li tinsab fihom mingħajr ma daħlu fil-mertu tal-każ.