Il-Kunsill tal-Fgura jappella biex jitneħħa periklu minn roundabout

Il-Kunsill Lokali jgħid li jista' jkun hemm inċident fatali

Google Maps

Read in English.

Il-Kunsill tal-Fgura appella lill-awtoritajiet biex ineħħu l-periklu kkawżat minn spralli tal-ilma ħdejn ir-roundabout ta’ Triq Hompesch.

Fi stqarrija, il-Kunsill qal li minkejja li lmenta kemm-il darba dwar il-periklu, l-awtoritajiet ma ħadu l-ebda azzjoni.

Skont il-Kunsill, l-ispralli huma ta’ periklu għal min qed isuq karozza, mutur, jew rota. Qal li jekk ikun hemm xi inċident, dan jista’ jkun fatali.