Il-Kunsill tal-Birgu ma kellu l-ebda permess għall-isparar fuq il-ħamiem

Il-Ministru tal-Ambjent, Josè Herrera, żvela fil-Parlament li d-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ma ħareġ l-ebda permess u lanqas ta parir lill-Kunsill Lokali tal-Birgu għall-isparar fuq il-ħamiem.
Fuq mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Mario Galea, il-Ministru qal li l-kontroll tal-annimali bħall-ħamiem mhuwix regolat mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.
Ftit tal-jiem ilu, il-Ministeru kien kkundanna l-att u qal li dan l-isparar imur kontra l-politika tal-Gvern dwar il-mod kif jitneħħa l-ħamiem selvaġġ għax jeżistu metodi oħrajn biex jitneħħa l-ħamiem selvaġġ minħabba kwistjoni ta’ saħħa pubblika, jiġifieri li hu iktar sigur.