Il-Kunsill tal-Belt mill-Café Premier din is-sena

Il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li din is-sena stess, il-Kunsill Lokali tal-Belt mistenni jibda jaħdem mill-post il-ġdid fis-sit li qabel kien jokkupa l-Café Premier. Qal li bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ finishes fuq il-post.
Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat tal-PN, Claudio Grech.