Il-Kunsill tal-Belt ma jridx li jitneħħa l-parkeġġ għar-residenti

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jinsab serjament inkwietat bid-dikjarazzjoni tal- Ministru Joe Mizzi li s-sistema tal-parkeġġi residenzjali jistgħu jitneħħew.

Il-Ministru ħabbar li se jagħti ordni biex jitneħħew il-parkeġġi f’numru ta’ lokalitajiet fosthom fil-Belt Valletta.

Il-Kunsill Lokali tal-Belt qed isostni li din id-deċiżjoni hija waħda kunfliġġenti mad-diskussjonijiet li saru kemm mal-Ministru kif ukoll ma’ Transport Malta relatati mat-trasport u l-parkeġġ fil-Belt Valletta.

Il-Kunsill qed isostni li f’dawn il-laqgħat kien hemm qbil u assigurazzjoni għal konsultazzjonijiet meħtiega, biex s-sitwazzjoni tmur għall-aħjar.

Is-Sindku Alexei Dingli, għan-nom tal-Kunsill Lokali, qajjem din il-kwistjoni fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa tal-kabinett li saret f’M’Xlokk.

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qal li jifhem il-problemi li għandhom il-viżitaturi u l-komunita’ kummerċjali fil-Belt, għalhekk se jara li tinstab l-aħjar soluzzjoni mingħajr ma’ jittieħed id-dritt li r-residenti jkollhom numu ta’ parkeġġi riservati għalihom.