Il-Kunsill tal-Belt jipproponi t-tneħħija tal-parkeġġ quddiem Dar il-Mediterran

Read in English.

Il-Kunsill Lokali tal-Belt qed jitlob lil Transport Malta  tneħħi l-parkeġġ li hemm fit-triq ta’ quddiem Dar il-Mediterran.

Dan ħabbru l-viċi sindku Raymond Azzopardi fuq facebook fejn qal li bħala parti mill-pjan tal-kunsill biex itaffi t-traffiku fin-naħa t’isfel tal-Belt, il-kunsilli qed jipproponi li bħala kumpens għal parkeġġ mitluf, dan għandu jiżdied quddiem iċ-ċentru tal-eżamijiet ta’ Sant’Iermu, fi Triq il-Lvant u ħdejn il-Barrakka t’Isfel.

Hu spjega din it-triq il-Mediterran ma jgħaddux biss vetturi iżda ukoll vannijiet kummerċjali, xarabanks tat-turisti u saħansitra żwiemel.

Azzopardi żvela l-pjanti ġodda fejn il-parkeġġ ta’ quddiem Sant’ Iermu qed jerġa jiġi diżinjat mill-ġdid biex jiġu sfruttatu l-ispazji wiesa u jirdoppja l-parkeġġ.

Hu sostna li dwar din il-proposta hemm qbil bejn il-kunsillieri kollha u għalhekk qed imexxu l-proposta ‘l quddiem.

Din l-aħbar ġabet reazzjoni mħallta b’diversi residenti jilmentaw għat-telf tal-parkeġġ u jissuġerixxu li dan għandu jkun għall-Beltin biss, oħra li jgħaddu minn din it-triq ta’ spiss, faħħru l-inizjattiva tal-kunsill.