Il-Kunsill ta’ Wied il-Għajn kontra l-iżvilupp fil-Ponta tal-Munxar

Il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn jinsab kontra żvilupp agri-turistiku fl-inħawi magħrufa bħala l-Ponta tal-Munxar f’San Tumas.
Din il-pożizzjoni tal-Kunsill Lokali ttieħdet waqt laqgħa tal-Kunsill li saret il-Ħamis.
Unanimament, il-Kunsillieri qablu li din iż-żona li hija ‘l barra mill-iżvilupp għandha tibqa’ protetta u fl-istat naturali tagħha.
Il-Kunsill huwa wkoll tal-fehma li ż-żona tiġi nkluża mal-Park ta’ Delimara biex tibqa’ titgawda min-nies.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, numru ta’ għaqdiet ambjentali wkoll esprimew tħassib dwar din il-proposta għall-iżvilupp.
Sostnew li l-Gvern qed jaġixxi favur l-interess tal-investiment u mhux qed iħares lejn il-ġid tal-pubbliku.
Il-proġett kien propost quddiem il-MEPA jinkludi żvilupp agri-turistiku f’medda ta’ 2,000 metru kwadru li tinkludi lukanda.