Il-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar jintalab €1.5 miljun għat-toroq – Cutajar

Luke Zerafa

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal fil-Parlament li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar intalab is-somma ta’ €1.5 miljun għat-toroq li kellhom isiru bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun. Huwa qal li qabel ma nbdew ix-xogħlijiet, il-Kunsill Lokali kellu jiddepożita s-somma ta’ nofs miljun ewro.

Waqt il-ħin tal-aġġornament, Cutajar qal li l-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Fredrick Azzopardi bagħat imejl lill-Kunsill Lokali fejn infurmaħ li dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u għalhekk il-flus kellhom joħorġu mill-istess Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar.

Id-deputat Nazzjonalista qal li minkejja l-Kunsill għamel aktar minn sena jiġri wara l-kuntratturi, l-istess kuntratturi ripetutament stqarrew mal-kunsill li kellhom xoghlijiet ohra ma’ trasport malta u infrastructure malta. Huwa qal li b’sorpriza x-xogħol beda fl-aħħar gimgħat wara li kienet Infrastructure Malta stess li tat permess li numru ta kuntratturi biex jahdmu f’San Pawl il-Bahar. Iżda x-xoghol waqaf ħesrem f’tentattiv li jitpoġġa l-kunsill lokali f’dawl ikraħ qabel l-elezzjoni tal-kunsill lokali.

Cutajar li minkejja it-tfixkil, il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg ħareg stqarrija biex jiftaħar bi 17 –il triq li suppost saru f’San Pawl il-Baħar bla ma’ qal li kien il-kunsill li se johrog il-flus biex isiru l-istess toroq. Issa qed jirrizulta li uħud minnhom lanqas biss għadhom tlestew wara li waqaf ix-xoghol fuq ordni ta’ Infrastructure Malta.