Il-Kunsill ta’ Marsaskala jrid konferma li mhix se ssir ir-reklamazzjoni tal-art

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala talab lill-Gvern sabiex ikollu konferma bil-miktub li mhux se ssir din ir-riklamazzjoni tal-art, sabiex jaċċerta ruħu li Marsaskala jibqa’ jitgawda min-nies.

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala qal li l-pjanijiet imsemmija għar-riklamazzjoni tal-art max-xatt ta’ Marsaskala huma ta’ detriment jekk isiru fiż-żona tax-Xatt ta’ Marsaskala.

Huma elenkaw lista ta’ effetti negattivi ta’ dan l-iżvilupp, fosthom jekk isir impatt negattiv fuq l-ambjent, jekk ikun ta’ piż fuq l-infrastruttura u inkonvenjent għar-residenti. Żiedu jgħidu li ma jkunx proġett għaqli jekk ikollu impatt negattiv fuq il-ħajja ta’ nies li trabbew hemmhekk u jgħixu fiż-żona u tal-madwar.