Il-Kunsill ta’ Għajnsielem ifittex lil min għamel il-ħsara

Is-Sindku t’Għajnsielem, Franco Ciangura, talab l-għajnuna tal-pubbliku sabiex min għandu xi nformazzjoni ta’ min, għal xi raġuni valida, jew b’att vandalu, għamel xi ħsarat f’żona pubblika fi Triq Anġlu Grech, jgħaddiha lill-Kunsill Lokali.
Filwaqt li l-Kunsill Lokali jikkundanna kull att vandalu u forma ta’ ħsara f’postijiet pubbliċi, is-Sindku jifhem li dan seta’ sar b’inċident.
Għaldaqstant qed jitlob lill-persuna kkonċernata sabiex tagħmel kuntatt mall-Kunsill kemm jista’ jkun malajr.