Il-Kunsill Slimiż u l-Pulizija jiddiskutu s-serq f’din il-lokalità

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kellu laqgħa mar-rappreżentanti mill-Korp tal-Pulizija biex jiddiskuti l-kwistjoni tas-serq f’din il-lokalita’. Dan wara li riċentament, f’din il-lokalita’ ġew irrapurtati għadd kbir ta’ każijiet ta’ serq.
Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema qal li d-diskussjoni mal-Pulizija kienet waħda effettiva u ż-żewġ naħat qablu fuq għadd ta’ rakomandazzjonijiet li se jkunu qed jiġu implimentati.
Intant il-Kunsill fakkar lir-residenti biex jirraportaw kull attivita’ suspettuża direttament lill-pulizija.
Fil-preżent qed jinġabru l-firem biex tissaħħaħ il-preżenza tal-Pulizija fl-għases f’Tas-Sliema, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar.