Il-Kunsill Notarili jżid ir-riċerki bi 23%

Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, il-Kunsill Notarili rreġistra żieda ta’ 23% fin-numru ta’ riċerki li sabu u li fissru żieda ta’ 43% fi dħul għall-Gvern, meta mqabbel mal-istess sitt xhur tas-sena ta’ qabel.
Dan tħabbar waqt laqgħa lli saret bejn il-membri tal-Kunsill Notarili u s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli.
Is-Segretarju Parlamentari innutat li minkejja ż-żieda fit-talbiet għar-riċerki, id-dipartiment inkarigat baqa’ joffri s-servizzi kollha fil-parametri stabbiliti fil-liġi.
Matul din il-laqgħa, ġew diskussi numru ta’ kwistjonijiet dwar simplifikazzjoni tas-sistemi preżenti. Farrugia Portelli saħqet dwar l-importanza li jinżamm kuntatt kontinwu mal-Kunsill Notarili.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm is-Senior Manager fi ħdan il-unit tar-riċerki tal-Identity Malta, Michael Mifsud.

Ritratt: DOI – Pierre Sammut