Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun favur il-proġett fiż-Żonqor

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun qed jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lil Gvern għall-bini tal-Università Amerikana f’Wied il-Għajn.
Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali fakkar kif  meta għalqu l-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding, fl-inħawi taż-Żejtun intilfu “mijiet ta’ pagi u salarji tajbin ħafna”.
F’mozzjoni għal-laqgħa li kellu l-bieraħ, il-Kunsill iddeskriva l-proġett bħala “l-ewwel proġett prestiġjuż għax-Xlokk”.
Finalment, il-Kunsill jawgura lil Gvern jikkonkludi l-ftehim mal-investituri mill-aktar fis.