Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kontra t-theddida mill-irziezet tal-pannelli solari

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi saħaq li rziezet tal-pannelli tax-xemx m’għandhomx isiru f’siti li jikkostitwixxu l-ambjent rurali tas-Siġġiewi, tant li ma jkunux jibqgħu jitgawdew mill-pubbliku.
Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qal li  l-lokalità tgwadi minn art fertili, art allokata għall-agrikoltura u mhedded tal-art ta’ kampanja. 
Il-Kunsill qal li investituri diġà qed jitfgħu applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jużaw art barra miż-żona tal-iżvilupp biex jinbnew solar farms.
Il-Kunsill issuġġerixxa li l-irziezet għandhom jiġu kkunsidrati f’siti bħal barrieri u mħażen kbar li diġà huma eżistenti. Stqarr li f’kull ċirkostanza għandu jsir studju fuq l-impatt ambjentali u l-impatt fuq il-viżwal tagħhom fiż-żona fejn ikun propost li jsiru.
Fl-istqarrija, il-Kunsill spjega li peress li l-lokalità għandha territorju rurali kbir, huwa mistenni li jiżdiedu l-applikazzjonijiet għall-użu ta’ din l-art biex isiru dawn l-irzeizet.   
Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għandu l-maġġoranza tal-kunsilliera tiegħu li ġejjin mill-Partit Nazzjonalista. Il-mozzjoni ġiet approvata b’mod unanimu.
Ritratt: Arkivji