Il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn kontra speed camera f’żona residenzjali

Il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn huwa tal-opinjoni li ma tiġix installata speed camera fi Triq il-Qaliet minħabba li din hija żona residenzjali. Il-Kunsill spjega li fit-triq hemm sett ta’ dwal tat-traffiku, żewġ żebra crossings u se tkun qed issir oħra fiż-żmien li ġej.

Il-Kunsill Lokali tkellem ma’ Trasport Malta dwar il-possibilità li tiġi installata speed camera fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas però ġew installati speed bumps minflok.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Josè Herrera għall-mistoqsija tad-Deputat Hermann Schiavone. Schiavone staqsa jekk lill-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn jaqbilx li jiġu installati speed cameras fit-toroq prinċipali ta’ Marsaskala biex jiġu evitati ħafna inċidenti u jekk iva, x’inizjattivi twettqu biex ikun hemm installati dawn il-cameras.