Il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard b’appell lill-Gvern dwar Central Link

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard appella lill-Gvern biex joħroġ l-informazzjoni kollha dwar il-proġett Central Link kif ukoll dwar il-viżjoni tal-Gvern għal trasport sostenibbli.

Il-Kunsill kien qed iwieġeb għal dak li qal il-Ministru tat-Trasport Ian Borg waqt il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp li sar fit-2 ta’ Lulju, fejn huwa kien qal li l-Kunsill kien għadu bla pożizzjoni fuq il-proġett.

Il-Kunsill għarraf li għadu qed jinforma ruħu dwar il-proġett fi stqarrija, filwaqt li stqarr li hemm diversi pożizzjonijiet mill-kunsilliera dwar il-proġett.

Il-Kunsill saħaq li jemmen fil-proċess demokratiku u se jkun qed jieħu pożizzjoni la darba il-Kunsill jkun eżamina sew id-dokumenti tal-Gvern dwar il-proġett u jkunu sar ukoll id-diskussjonijiet.