Żewġ kunsilliera f’Birkirkara ressqu mozzjoni quddiem il-Kunsill Lokali biex titwaħħal plakka mad-dar fejn għex Prof. Oliver Friggieri.
Il-kittieb, poeta u akkademiku miet fil-21 ta’ Novembru fl-età ta’ 73 sena.
Il-kunsillier Justin Schembri kiteb fuq Facebook li hu, flimkien mal-kunsillier Nazzjonalist l-ieħor Antoine Attard, ressqu mozzjoni biex titwaħħal plakka mad-dar fejn għex għal kważi 50 sena Prof. Friggieri, fi Triq Fleur de Lys. F’din id-dar huwa kien jieħu pjaċir jilqa’ lil studenti u kittieba oħra biex jiddiskutu lil Malta, il-lingwa, u l-letteratura.
Il-funeral ta’ Prof. Friggieri ġimgħa ilu
Filmat: Malta ssellem lil Prof. Oliver Friggieri
Schembri qal li din il-mozzjoni tagħraf l-importanza straordinarja ta’ Friggieri bħala ħassieb, kritiku, poeta u kittieb u li għandu jkun imfakkar ukoll bħala resident f’Birkirkara.
Inizjattiva simili fil-Furjana
Mozzjoni mill-kunsilliera biex triq f’Balzunetta tissemma għal Prof. Friggieri