Il-Kunsill Lokali se joġġezzjona formalment għal villa f’ODZ fil-Qala

Il-Kunsill Lokali tal-Qala qal li huwa qabbad tim legali sabiex joġġezzjona formalment għall-iżvilupp ta’ kamra rurali f’ODZ biex issir villa.

Fi stqarrija, il-Kunsill qal li qed jirrappreżentawh l-Avukatessa Claire Bonello u l-Perit Camrel Cacopardo fil-ħarsien tal-ambjent tal-Qala. Dan jikkonċerna kamra rurali f’Ta’ Muxi, li hemm proposta dwarha quddiem il-Kummissjoni tal-Ippjanar biex issir villa.

Aqra: Posposta d-deċiżjoni għal żvilupp ta’ villa f’ODZ fil-Qala

Nhar it-Tlieta, il-Kummissjoni għall-Ippjanar ipposponiet smigħ dwar l-iżvilupp tal-kamra wara li l-iżviluppaturi wegħdu li jċekknu l-iżvilupp propost. Is-smigħ issa għandu jsir fl-1 t’Ottubru.

Il-Kunsill spjega li hu kien oġġezzjona fl-2016 meta saret l-ewwel applikazzjoni. Żied jgħid li meta l-Kunsill joġġezzjona għall-iżvilupp, jibqa’ ta’ dik il-fehma, ikun min ikun l-iżviluppatur. Il-Kunsill semma l-każijiet ta’ Ħondoq, tal-ħanut tas-souvenirs f’ta’ Ħondoq u fil-każ ta’ Tal-Marġa bħala eżempji.

Aqra: “Għajb għall-ħnieżer” – Il-PD dwar villa f’ODZ fil-Qala