Il-Kunsill Lokali l-ġdid tal-Munxar “totalment kontra d-demmiela”

Il-Kunsill Lokali l-ġdid tal-Munxar irriafferma l-pożizzjoni tal-kunsilliera, flimkien mal-Viċi Sindku u mas-Sindku, dwar id-demmiela fil-Munxar. Il-Kunsill qed jinsisti li hu kontriha u appella lill-awtoritajiet biex iqisu kemm hemm oġġezzjonijiet kontriha, sabiex jirrifjutaw l-appell.

Din il-kwistjoni ġiet diskussa fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Munxar li saret nhar il-Ħamis, 4 ta’ Lulju. Bħalissa din l-applikazzjoni qiegħda fi stadju ta’ appell, wara li ġiet irrifjutata xi xhur ilu mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Aqra: Deċiż: Mhux se jsir il-proġett tad-Demmiela fil-Munxar

Il-Kunsill insista li l-membri kollha tiegħu huma “totalment kontra din l-applikazzjoni.” Spjegaw li fil-fehma tagħhom, tali proġett iwassal għall-qerda tar-raħal trankwill u tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

Aqra: ​Il-Kunsill tal-Munxar se joġġezzjona kontra demmiela fir-raħal

Huwa ddikjara li se jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jissalvagwardja l-interessi tar-residenti u tal-lokalità. 

Aqra: “Diġà hemm kuntratti iffirmati għad-demmiela fil-Munxar” – Chris Said