Il-Kunsill Lokali jitbiegħed mill-istqarrija tas-sindku

Il-Kunsill Lokali tal-Furjana ħareġ stqarrija oħra biex ibiegħed lilu nnifsu mill-istqarrija tal-bieraħ tas-sindku Nigel Holland dwar il-MEPA u t-tqegħid ta’ installazzjoni mill-Fondazzjoni Valletta 2018.
Il-Kunsill sostna li l-membri tiegħu fil-parti l-kbira tagħhom ma qablux mal-kontenut propost fl-istqarrija mħejjija mis-sindku, u lanqas mat-tonalità tagħha.
Spjega li s-sindku ddeċieda waħdu li jippubblikaha f’ismu, madankollu uża l-letterhead tal-Kunsill.
Il-Kunsill Lokali spjega li din ma kellhiex tinħareġ fuq il-letterhead tal-Kunsill għax b’hekk, is-sindku seta’ ta x’jifhem li kienet stqarrija tal-Kunsill meta kienet f’ismu biss.