Il-kunsill għan-Nofsinhar jisħaq fuq il-vijabilità tal-proġett fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid

Il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta qal li hu konvint mill-vijabilità u l-fattibilità tal-proġett fi Pjazza Antoine De Paule f’Raħal Ġdid u li, b’mod immedjat, se jagħti lill-Awtorità tal-Ippjanar l-informazzjoni addizzjonali li talbet biex il-proġett jimmaterjalizza ruħu.
Il-kunsill saħaq li l-proġett jgħaqqad lir-residenti, lill-komunità kummerċjali u lil dawk kollha li għandhom interess tan-naħa t’isfel ta’ Malta, u li l-pjazza se ssir pjazza tan-nies b’importanza lill-aspett ambjentali u lill-konsumatur.
Fisser li l-Awtorità tal-Ippjanar ipposponiet id-deċiżjoni tagħha dwar dan il-proġett, għad-19 ta’ Lulju. F’dan iż-żmien mistennija jiġu kkjarifikati xi aspetti li qed ikunu proposti fl-applikazzjoni mressqa mill-istess Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta.