Debono tgħid li saret il-verifika fuq it-tieni petizzjoni

Fi stqarrija, Debono qalet li wara li l-Partit rċieva t-tieni petizzjoni ffirmata minn 536 persuna sabiex jissejjaħ Kunsill Ġenerali straordinarju, saru l-verifiki neċessarji biex immedjatament ikun jista’ jinbeda l-proċess.

Aqra: Filmat: Mal-5,000 jiffirmaw petizzjoni b’appoġġ għal Delia

Hi qalet li mill-verifiki joħroġ li mill-536 firma li kienu ppreżentati hemm 24 firma li mhumiex validi għaliex huma ta’ persuni li mhumiex membri tal-Kunsill Ġenerali. Sitt firem li mhumiex validi għaliex il-persuni li ffirmaw, kienu irrifjutaw jew ma ħallsux it-tessera kif mitlub minnhom u allura statutorjament mhumiex membri tal-Kunsill Ġenerali, waqt li 7 persuni minn dawk li ffirmaw l-aħħar li ħallsu t-tessera kien fl-2017. 70 persuna oħra ħallsu t-tessera kien fl-2018.

Aqra: Il-petizzjoni b’200 firma tal-Kunsilliera tal-PN ippreżentata lill-Partit

Debono qalet li  wara l-verifiki neċessarji hemm 429 firma valida u għaldaqstant skont Artikolu 31 tal-Istatut tal-Partit Nazzjonalista għaddiet din it-talba ta’ dawn il-membri tal-Kunsill Ġenerali lill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Filmat: Petizzjoni PN: L-eżekuttiv se jiddiskutiha l-Ħamis – Delia