Aġġornata: L-Amministrattiv tal-PN ma’ Delia kontra Busuttil li issa jwieġeb

Il-Kunsill Amministrattiv wera l-appoġġ tiegħu mal-Kap Adrian Delia fis-sejħa tiegħu lil Simon Busuttil biex iġorr responsabbiltà politika u jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari.

Fuq Facebook, Simon Busuttil qal li l-pożizzjoni tiegħu diġà hi magħrufa pubblikament u ma nbidlitx. Żied jgħid li se jibqa’ jaħdem għall-ġustizzja, “anke mingħajr l-appoġġ ta’ Adrian Delia”.

Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ llum u ħareġ stqarrija li tgħid li r-rapport tal-Egrant għandu jiġi ppubblikat kollu, kif ukoll li minkejja li l-familja ta’ Muscat issa jidher li mhix ħatja, in-nies ta’ madwaru xorta jibqgħu ħatja.

Dawn huma primarjament l-eks Viċi Kap tal-Partit Laburista u Ministru ewlieni tal-Gvern Konrad Mizzi u ċ-chief u staff tiegħu Keith Schembri li nqabdu li fetħu kumpaniji moħbija fil-Panama, Hearnville u Tillgate waqt li kienu fil-kariga pubblika mogħtija lilhom mill-Prim Ministru.

Tista’ taqra l-istqarrija tal-PN hawnhekk.