Vot favur it-tkeċċija tal-President Trump

U.S. President Donald Trump looks on during a campaign rally in Battle Creek, Michigan, U.S., December 18, 2019. REUTERS/Leah Millis?

Donald Trump tniżżel fl-istorja bħala t-tielet President Amerikan li kontrih infetħu proċeduri ta’ impeachment, proċeduri biex bihom hu jitneħħa mill-poter. Dan fost rabja kbira tal-istess Trump.

Il-proċeduri nfetħu wara vot fil-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikana mas-sebħ tal-Ħamis u issa fil-bidu tas-sena d-dieħla se jkun imiss is-Senat, dominat mir-Repubblikani li magħhom hu msieħeb Trump, biex jiddeċiedi l-pass li jmiss.

Il-Kamra tar-Rappreżentanti vvutat fuq żewġ akkużi. – jekk Trump abbużax mill-poter u li fixkel il-Kungress fil-ħdima tiegħu. Akkużi li jiftħu l-bieb għall-impeachment. Bħal ma kien mistenni, id-Demokratiċi vvutaw favur u r-Repubblikani kontra.

Il-preċedenti fl-istorja Amerikana għal impeachment kienu fil-każ tal-Presidenti Andrew Johnson u Bill Clinton.