“Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi l-ikbar prijorità” – kandidat għall-President tal-MUT

Marco Bonnici li huwa kandidat għall-kariga ta’ president tal-Għaqda tal-Għalliema l-MUT, qal li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi huma l-ikbar prijorità għalih.
Spjega kif il-manifest tiegħu jinkludi wkoll proposti dwar l-infrastruttura, strutturi u servizzi li tagħti l-unjin lill-membri tagħha.
Dawn il-proposti qiegħdin inklużi fill-manifest elettorali tiegħu imsejjaħ “Viżjoni għall-MUT 2019 – Għaqda, Saħħa u Determinazzjoni”.