Il-kundizzjoni tal-bugħaddas għadha l-istess

Il-bugħaddas ta’ 53 sena li lbieraħ ingħata l-assistenza fix-Xatt l-Aħmar, limiti ta’ Għajnsielem għadu fil-periklu tal-mewt.
Dan ġie kkonfermat minn kelliem għall-Pulizija, li spjega ukoll li għadu qed jinżamm fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Ilbieraħ, għall-ħabta tat-3:30pm ir-raġel Franċiż sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos fix-Xatt l-Aħmar.
Minkejja li r-raġel ittella’ l-art mingħajr inkwiet, xorta jidher li sofra minn trawma li ħallietu jiġġieled għal ħajjtu.