Il-kunċett tal-ispecial olympics nebbet l-inklużjoni fl-isport – il-Ministru tal-Familja

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca qalet kif il-kunċett tal-ispecial olympics nebbet l-inklużjoni fil-qasam sportiv.

Waqt il-ftuħ tal-konferenza Special Olympics Europe/Eurasia Family Conference, il-Ministru Coleiro Preca sostniet li l-atleti tal-ispecial olympics flimkien mal-familji tagħhom huma eżempji ħajja ta’ valuri importanti li s-soċjetà tagħna għandha tibqa’ tħaddan.

Hija enfasizzat fuq il-bżonn li nħarsu lejn l-abilità tal-persuna aktar milli lejn id-diżabiltà.

 

Ritratt: DOI – Saviour Cassar