Il-kunċert West meets Pop & Movies f’Marsalforn

West meets Pop & Movies huwa programm mużikali li se jittella' għada f'Marsalforn mill-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni tal-Għarb.

Il-banda taħt id-direzzjoni tal-Mro George Apap, se tkun qed tesegwixxi siltiet mużikali minn films popolari, kif ukoll kanzunetti ta’ artisti leġġendarji.

F’dan il-kunċert se jipparteċipaw ukoll il-kor tat-tfal “Mary’s Angels” mill-Għarb, kif ukoll il-kantanta żagħżugħa Francesca Sciberras.

Din ser tkun it-tieni sena konsekuttiva li l-banda Viżitazzjoni se ttella’ programm simili f’Marsalforn matul l-istaġun tas-sajf.