Il-kunċert ta’ Joseph Calleja sold out

Read in English.

Il-biljetti għall-kunċert tal-lejla ta’ Joseph Calleja u Andrea Bocelli huma kollha mibjugħa. Dan ħabbru Calleja nnifsu lbieraħ fuq Facebook, filwaqt li rringrazzja lill-pubbliku tas-sapport għal dan l-avveniment annwali.

It-Tenur Joseph Calleja se jerġa’ jingħaqad mat-Tenur Taljan Andrea Bocelli biex jagħtu spettaklu ieħor, wara li sentejn ilu kien saħħru l-udjenza Maltija fuq il-Fosos tal-Furjana.

Ma’ Calleja u Bocelli se tingħaqad l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, waqt li se jingħaqdu magħhom ukoll Ira Losco, Michaela Pace u Nicole Frendo.

Il-pubbliku li ma akkwistax biljett jista’ jgawdi l-ispettaklu xorta minn parti maħsuba apposta fuq in-naħa ta’ wara tal-Fosos.