Il-kunċert ta’ Joseph Calleja rrappurtat fil-media internazzjonali

Il-kunċert tal-Ħamis filgħaxija mit-tenur Joseph Calleja kien anke rrappurtat fil-media internazzjonali, bis-sit euronews.com jiddeskrivi l-kunċert li sar fil-Furjana bħala wieħed mill-aktar attivitajiet importanti fil-kalendarju kulturali għal żmien tas-Sajf fil-gżejjer Maltin.

Fil-kunċert tal-Ħamis filgħaxija, mat-tenur Malti kantaw ukoll il-kantanti Taljani Zucchero u Riccardo Cocciante, il-kantanta Ingliża Rebecca Ferguson, it-tabib kantant Malti Gianluca Bezzina filwaqt li kien hemm spettaklu wkoll minn Tenishia.