Il-kunċert ta’ Joseph Calleja b’format differenti

Minħabba fis-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19, NnG Promotions ħabbru li qed jikkunsidraw format differenti għall-kunċert ta’ Joseph Calleja li kien imħabbar li se jittella’ il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru. Bħala mistieden speċjali kien imħabbar il-kantant Taljan Zucchero.

Fl-avviż tagħhom, NnG Promotions ħabbru li se jikkomunikaw aktar dettalji l-ġimgħa d-dieħla.