Il-kunċert ta’ Celine Dion għall-2021

Read in English.

Skont sorsi infurmati l-kunċert tant mistenni ta’ Celine Dion se jiġi pospost għas-sajf tal-2021.

Il-kantanta leġġendarja kienet mistennija li tagħti l-wirja tagħha f’Ta’ Qali fis-27 ta’ Lulju u għalkemm s’issa ma hemm l-ebda rapport uffiċjali, jingħad li l-aħbar uffiċjali mistennija tinħareġ nhar l-Erbgħa 10 ta’ Ġunju.

Minkejja li minn għada l-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju l-ħajja se terġa’ tibda lura għan-normal, l-uffiċjali tas-saħħa qalu li avvenimenti tal-massa mhux se jkunu permessi bħala parti mill-miżuri kontra l-imxija tal-Covid-19.

Il-kunċert ta’ Celine Dion, imtella’ minn NNG Promotions, kien mistenni ferm u l-bejgħ tal-biljetti kien wieħed b’saħħtu ħafna, bil-probabbilità li meta l-kunċert isir fis-sena d-dieħla, se jkun kompletament mibjugħ kollu.