Il-kumpilazzjoni tax-xhieda fuq il-qtil ta’ Chantelle Chetcuti tibda t-Tlieta

Il-kumpilazzjoni kontra l-eks sieħeb ta’ Chantelle Chetcuti, akkużat bil-qtil tagħha, se tibda nhar it-Tlieta li ġej.

Is-seduta se tibda f’12pm u l-każ se jinstema’ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

L-akkużat huwa l-eks sieħeb tal-vittma. Għandu 33 sena u huwa minn Ħal Safi, fejn il-koppja kienet toqgħod flimkien maż-żewġ uliedhom.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. L-avukat tiegħu, Dr Franco Debono, talab li l-Qorti taħtar espert psikjatriku biex jeżamina lill-akkużat.

Il-qtil seħħ nhar il-Ħadd li għadda waqt argument barra minn stabbiliment fi Triq il-Kbira f’Ħaż-Żabbar.

Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kien qed iġorr sikkina waqt li kienet qed titwettaq kriminalità kontra persuna oħra, li kien qed iġorr sikkina mingħajr il-permessi meħtieġa, li kien fil-pussess tad-droga kokaina u li kiser il-paċi pubblika.

Chetcuti sofriet minn diversi daqqiet ta’ sikkina fin-naħa ta’ fuq ta’ ġisimha u darba f’ngħasha u tħalliet mitlufa minn sensiha mal-art għal xi ħin wara l-attakk.

L-akkużat ta ruħu b’dejh wara l-attakk. Hu kien miksi bid-demm u kellu xi ġrieħi li ġie trattat għalihom qabel ma ġie interrogat. Il-Pulizija sabet id-droga fuq l-akkużat meta għamlet it-tfittxijiet fuqu.