Il-Qorti tiċhad it-talba ta’ Fenech; Tgħid li d-difiża qed tipprova tikkontrolla x-xhieda ta’ Theuma

Read in English.

Illum kompliet il-kumpilazzjoni ta’ evidenza fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, in-negozjant akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Xi spikka fis-seduta ta’ llum;

  • F’digriet tagħha, il-Maġistrat Rachel Montebello ikkundannat it-tattika tal-avukati ta’ Yorgen Fenech
  • Il-Maġistrat qalet li d-difiża qed tipprova tikontrolla x-xhieda u l-evidenza li ippreżenta il-middleman, Melvin Theuma
  • Rappreżentati ta’ GO plc u Melita Ltd ippreżentaw dokumenti dwar żewġ telefonati partikolari li saru f’Awwissu u Ottubru 2020
  • Fl-ewwel telefonata il-persuna ma kinitx irrispondiet filwaqt li t-tieni telefonata damet għal 1.05 sekondi
  • Il-Qorti tordna biex ma jiġux imsemmija n-numri tal-mobile inkwistjoni
11:37 Dak kollox għal llum.

Grazzi talli segwejtuna.
Amy Borg
11:36 Is-seduta li jmiss hi skedata għat-2 ta' Frar fl-10:00 am.
Amy Borg
11:35 Il-Maġistrat qed issemmi d-dati meta mistennija tkompli l-kumpilazzjoni.
Amy Borg
11:26 Skont ir-rikors imressaq mid-difiża ta' Yorgen Fenech qed jiġi mitlub sabiex ma ssirx diskussjoni dwar l-akkużat fejn diġà qed jiġi meqjus bħala ħati li ordna l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Amy Borg
11:24 Il-Maġistrat qalet li l-ġurnalisti għandhom joqogħdu attenti dwar il-mod kif jiġi rrapurtat il-każ u biex jibbażaw ir-rapporti tagħhom fuq il-fatti.
Amy Borg
11:22 Il-Qorti qalet wkoll li tieħu inkunsiderazzjoni t-tħassib ta' Yorgen Fenech dwar dak li skont hu hu rappurtaġġ mhux ġust fil-konfront tiegħu.
Amy Borg
11:18 Il-Maġistrat qalet li l-qorti ma' tridx il-materjal tal-investigazzjoni imma trid il-provi u allura jekk hemm xi informazzjoni relevanti għall-każ allura għandha tingħata kopja.

Fl-istess hin il-Maġistrat qalet li jekk hemm informazzjoni li diġà l-ispettur Zahra xhed dwarhom, allura m'hemmx għalfejn jiġu ppreżentati.
Amy Borg
11:16 L-ispettur Zahra qal li fuq dawk in-noti li d-difiża qed tirreferi għalihom għad hemm investigazzjonijiet għaddejjin.
Amy Borg
11:15 Id-difiża qed tagħmel referenza għax-xhieda ta' Edwin Brincat, il-ġojja.

Il-Maġistrat tinnota li Brincat diġà ta' x-xiedha tiegħu.
Amy Borg
11:13 Zahra jispjega kif in-noti li ppreżenta hu xhed kollox dwarhom fil-qorti għaliex noti li skont hu m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-arrest, eż- t-talba ta' Yorgen Fenech għall-proklama, ma kinux inklużi.
Amy Borg
11:12 L-ispettur Kurt Zahra jintalab biex jitla jixhed ħalli jispjega n-noti li kien ippreżenta hu inizjalment – fihom hemm madwar 15-il paġna vojta, tinnota d-difiża.
Amy Borg
11:11 Id-deputat Avukat Ġenerali qal li l-prime note tal-Pulizija, b'mod partikolari dwar l-arrest ta' Melvin Theuma , jinkludu informazzjoni dwar każi oħra wkoll.
Amy Borg
11:09 Id-difiża qed tgħid li anke n-noti tal-bidu "prime note" tal-Pulizija għandhom jiġu ppreżentati lid-difiża bħala evidenza.
Amy Borg
11:05 Il-Maġistrat qalet li jekk ċertu materjal intuża mill-Pulizija f'xi stadju jew ieħor allura l-Pulizja għadha dejjem iżżomm kopja ta' dak il-materjal.
Amy Borg
10:59 Id-difiża tgħid li dan hu insult għall-inteliġenza ta' kull mn hu preżenti fl-awla għaliex Yorgen Fenech tressaq il-qorti wara li fl-2019 il-prosekuzzjoni qalet li se tagħlaq il-każ tagħha fuq dak li ppreżenta Melvin Theuma li kien għadu kemm ingħata l-maħfra presidenzjali – fl-2019.

Għalhekk id-difiża qalet li ma tistax tifhem kif dawk ir-rekordings li għamlet użu minnhom il-Puliżija (Skont il-Pulizija m'għandhomx x'jaqsmu ma' Fenech) m'humiex relevanti għall-każ.
Amy Borg
10:57 Għalhekk il-Maġistrat tgħid li d-difiża kellhom jingħataw kopja ta' dan il-materjal.

Il-Prosekuzzjoni tgħid li dawk ir-recordings ma kellhom x'jaqsmu xejn għad-deċiżjoni jekk jitressaqx Yorgen Fenech jew le.
Amy Borg
10:53 Il-Maġistrat Montebello tgħid li jekk dik id-data ġiet użata f'xi stadju mill-Pulizija, allura hi meqjusa bħala materjal relevanti.
Amy Borg
10:51 Il-maġistrat tgħid jekk dak il-materjal mhux fil-pussess tal-Pulizja pero kien xi darba f'idejn il-Puliizja.

Arnaud jgħid li l-MSS jaqa' taħt kappa differenti minn dk tal-Pulizija.

Il-prosekuzzjoni tgħid li "evidence is not intelligence data."
Amy Borg
10:49 Il-prosekuzzjoni tgħid li f'dan l-istadju m'hemm xejn x'jgħaddi lid-difiża.

"Jekk irridu nsibu x-xagħra fl-għaġina għal dawk it-telefonati li kellu f'idejh għal ftit minuti li pprovdew is-servizzi sigrieti, allura le m'għandiex", jgħid Arnaud.

Dr Mercieca jgħid li jixtiequ jkun hemm xi direzzjoni dwar disclosure ta' materjal partikolari.
Amy Borg
10:48 Id-difiża qed tistaqsi lill-qorti jekk il-prosekuzzjoni għandiex evidenza oħra x'tagħti lid-difiża.
Amy Borg
10:46 Jiġi ċċarat li ż-żewġ telefonati saru din is-sena.
Amy Borg
10:42 Fl-ewwel telefonata il-persuna ma kinitx irrispondiet filwaqt li t-tieni telefonata damet għal 1.05 sekondi.
Amy Borg
10:41 Dr Mercieca qed jistaqsi dwar kemm damu t-telefonati.
Amy Borg
10:39 Is-supretendent Arnaud staqsa jekk tistax tipprovdi l-location tal-persuna meta kienet tinsab barra minn Malta.

Ir-rappreżentant ta' Melita qalet li m'hix informazzjoni li jistgħu jipprovdu peress li n-numru mhux irreġistrat magħhom.
Amy Borg
10:37 Ir-rappreżentant tikkonferma li t-telefonata saret mill-linja ta' GO Plc u issa qed tispjega għalfejn intużat gateway ohra.
Amy Borg
10:34 Se tippreżenta CD bil-calling profile tan-numri mitluba; "A number u B number"
Amy Borg
10:33 Ix-xhieda ta' uffiċjal ta' GO plc tieqaf hawn u titla' issa rappreżentant ta' Melita Ltd.
Amy Borg
10:31 Ikompli jgħid li intużat "gateway" differenti minn dik tal-GO għaliex meta persuna tkun barra minn Malta, meta ssir telefonata taqbad mal-linja li tkun l-irħas.
Amy Borg
10:30 Ix-xhud ikompli jgħid li l-mobile data tmur lura għal sitt xhur u mhux sena.
Amy Borg
10:29 Hu speċifika li meta jgħid li t-telefonati saru jfisser li persuna B irċiviet it-telefonata imma ma jfissirx li l-"A number" għamel it-telefonati.
Amy Borg
10:28 Ix-xhud mill-ġdid jikkonferma li t-telefonati saru u ppreżenta dokument biex jikkonferma dan.
Amy Borg
10:27 Il-Maġistrat talbet biex in-numri tal-mobile tal-persuni ma jiġux ippublikati.
Amy Borg
10:26 Dr Mercieca qed jistaqsi jekk tistax tiġi ppreżentata l-geo location data.

Ix-xhud qal li ma tistax tiġu pprovduta għaliex intużat "gateway" oħra peress li wieħed minn numri kien jinsab barra minn Malta.
Amy Borg
10:25 Ix-xhud jikkonferma li ż-żewġ numri huma tal-GO.
Amy Borg
10:23 Ix-xhud isemmi żewġ dati; waħda f'Awwissu u oħra f'Ottubru.

Qed jgħid li żewġ telefonati, waħda damet 3 sekondi u oħra xejn. Iżda effettivament it-telefonati saru imma ntużat "gateway oħra" dik tal-Melita, allura GO ma setgħux jipprovdu l-informazzjoni li talbet il-Pulizija.
Amy Borg
10:22 Il-Maġistrat qalet li fid-digriet issemma kif rappreżentant mis-servizzi sigrieti mhux se jkun qed jixhed.

Se jitla' jixhed raġġreżentant ta' GO Plc.
Amy Borg
10:20 Il-Maġistrat Montebello daħlet issa fl-awla.
Amy Borg
10:11 Dalgħodu l-Maġistrat Rachel Montebello tat id-deċiżjoni tagħha għat-talba li saret mill-avukati ta' Yorgen Fenech biex tiġi ppreżentata quddiem il-qorti aktar evidenza.

Fid-digriet il-Maġistrat ikkundannat it-tattika tal-avukati ta' Yorgen Fenech intenzjonata biex tikontrolla t-testimonjanza u l-evidenza li ppreżenta s-sensar fl-assassinju, Melvin Theuma u li ngħata l-maħfra presidenzjali.
Amy Borg
10:08 Jidħlu fl-awla issa is-Supredendent Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra.
Amy Borg
10:04 Fenech bħalissa qed jikkonsulta mal-avukati tiegħu; Dr Charles Mercieca u Dr Gianluca Caruana Curran.
Amy Borg
10:04 Qed nistennew lill-Maġistrat Rachel Montebello tidħol fl-awla.
Amy Borg
10:02 Yorgen Fenech għadu kemm daħal fl-awla.
Amy Borg
10:00 Preżenti hawn membri mill-familja tal-ġurnalista maqtula, Daphne Caruana Galizia u membri tal-familja tal-akkużat, Yorgen Fenech.

L-avukat Jason Azopardi preżenti fl-awla wkoll.
Amy Borg
10:00 Ninsabu live minn awla numru 22.
Amy Borg
09:55 L-Għodwa t-tajba.
Amy Borg

Deċiżjoni ta’ Rachel Montebello hawn.