ll-kumpilazzjoni dwar il-qtil tal-qtates ghat-30 t’April

Il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Nicholas Grech ta’ 37 sena mill-Mosta ma setgħetx tibda hekk kif il-Psikjatra George Debono, li tqabbad mill-Qorti, għadu marx jara lil Grech f’Monte Carmeli.
Grech jinsab mixli b’moħqrija fuq l-annimali b’rabta mal-każi fil-Mosta.
L-Uffiċjal Prosekutur qal li x-xhieda ma kienux infurmati biex jattendi l-Qorti għall-każ.
Il-Maġistrat Carol Peralta irrimarka kif ma jistax jifhem kif il-midja rrappurtat il-jum meta l-każ kien se jibda’ u l-Prosekuzzjoni ma kinitx taf.
Il-kumpilazzjoni tal-provi issa ġiet skedata għat-30 ta’ April li ġej.