Il-kumpaniji m’għandhomx jużaw il-kriżi tal-coronavirus bħala skuża la jgħaddi kollox – Sant

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant insista li l-kriżi tal-coronavirus m’għandhiex tintuża bħala skuża la jgħaddi kollox.

Permezz ta’ post fuq Facebook Sant irrimarka li l-gvern għandu jimponi kundizzjoni fuq il-kumpaniji kollha li qed jirċievu l-għajnuna finanzjarja mill-istat sabiex “wara li t-tempesta tkun għaddiet”, il-kumpaniji ma jwettqu l-ebda dnub ta’ abbuż fuq iċ-ċittadin għax inkella jkollhom irendu lura kull ma ngħataw.

Hu semma diversi modi kif kumpaniji jistgħu jużaw skużi wara l-coronavirus biex jużaw il-kriżi bħala raġuni għaliex iwaqqfu xi servizz li kien jingħata liċ-ċittadini jew inkella jgħollu l-prezzijiet. Qal li l-kriżi m’għandhiex tkun skuża biex il-kwalità tal-oġġetti u s-servizzi tidgħajjef u l-istandards jitbaxxew. Insista wkoll li m’għandhiex tintuża bħala skuża biex ir-regolamenti li jipproteġu l-ambjent u liċ-ċittadini jintesew.

L-għodwa it-tajba, naħseb li qed nerġa’ nirrepeti ruħi jekk ngħid li rridu noqgħodu attenti biex din il-kriżi tal-corona…

Posted by Alfred Sant on Saturday, May 9, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn