Il-kumpaniji li jħaddmu lir-refuġjati fil-Ġermanja tripplaw f’sena

Fil-Ġermanja, il-figuri ta’ kumpaniji li jħaddmu lir-refuġjati tripplat f’sena.
Skont sondaġġ ta’ Randstad Personnel Manager, fl-ewwel tliet xhur ta’ dis-sena kien hemm 22%, ikkumparat mas-7% li kien hemm fl-aħħar tliet xhur tal-2015.
Skont is-sondaġġ it-tip ta’ xogħol l-aktar li għalih ir-refuġjati jkunu impjegati huwa ta’ trainee b’43%, imbagħad 40% wieġbu li għandhom jaħdmu magħhom refuġjati bħala parti mill-istaff li joffri sapport lill-klijenti. 33% imbagħad wieġbu li jimpjegawhom bġala parti mill-istaff intern, u 8% bħala ħaddiema tal-id professjonali.
Mistoqsija x’inhuma l-ħitan li jsibu ma’ wiċċhom ir-refuġjati meta jfittxu xogħol, 45% ta’ min iħaddem wieġeb li huwa l-istatus tar-residenza, imbagħad id-dewmien sabiex jinkisbu d-dokumenti b’36%, l-approvazzjoni tal-awtoritajiet b’31%, li jiġu rikonoxxuti l-kwalifikazzjonijiet li r-refuġjati jġibu magħhom bi 22%, spejjeż relatati mas-superviżjoni bi 19%, il-priority review li jeżisti biss f’ċerti reġjuni Ġermaniżi bi 18%, imbagħad l-ispejjeż interni ta’ dan il-priority review b’14%.
Dawk il-kumpaniji li qalu jma jħaddmux refuġjati rrimarkaw li r-raġuni ewlenija hi li dak li jirrikjedu ma jsibuhx fl-applikanti, ngħidu aħna li jkunu jitkellmu bil-Ġermaniż kwalifikazzjonijiet partikulari.