Il-kumpanija wara l-proġett tax-shooting range bi studji dwar l-impatt tal-iżvilupp

Il-kumpanija U-Group Malta, li hija wara l-proġett tax-shooting range fl-inħawi tal-Busbesija fil-Mosta, qalet li tinsab impenjata fi studji professjonali dwar l-impatt ta’ dan l-iżvilupp.
Fi stqarrija, U-Group sostniet li l-proġetti kollha tagħha jiġu studjati u analizzati mill-esperti.
Sostniet li dan sabiex l-informazzjoni kollha meħtieġa tkun disponibbli fl-istadju tal-ippjanar tal-proġett.
U-Group qalet li se tipprovdi din l-informazzjoni meta jkollha l-assigurazzjoni li l-informazzjoni li tingħata lill-istakeholders tkun korretta.
Il-kumpanija sostniet li l-informazzjoni mogħtija lill-pubbliku minn organizzazzjonijiet oħra mhux parti minn studji xierqa.
Enfasizzat li kulħadd irid jikkunsidra l-benefiċċji li dan l-iżvilupp se jagħti lill-lokalitajiet qrib tal-proġett.
L-istqarrija tal-U-Group issostni li dawk il-persuni li għandhom tħassib jew li jridu jressqu suġġerimenti jistgħu jagħmlu kuntatt permezz tal-imejl invite@u-shoot.com.mt.