Il-kumpanija tat-trasport pubbliku tistieden lill-pubbliku għal laqgħa

Il-kumpanija li tmexxi t-trasport pubbliku qed tistieden lil dawk li jużaw is-servizzi tagħha biex jattendu għal laqgħa u jagħtuha l-feedback tagħhom dwar is-servizz.
Il-kumpanija qalet li trid tkompli ttejjeb il-livell tas-servizz li toffri u trid li l-klijenti tagħha jħossuhom fi djalogu magħha.
Għalhekk qed tistieden lil dawk li jixtiequ jattendu għal-laqgħa tat-18 ta’ Frar, biex jirreġistraw b’email waqt li dawk li ma jilħqux post jiġu mistiedna f’laqgħat suċċessivi.
Il-kumpanija ħabbret li fil-ġimgħat li ġejjin se tniedi inizjattivi oħra ta’ komunikazzjoni fosthom sit elettroniku ġdid u introduzzjoni ta’ app għall-mowbajl.