Il-kumpanija tal-logħob BWIN se tinvesti f’Malta

Is-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis ħabbar li kumpanija ferm rinomata fl-industrija tal-logħob fuq livell globali bl-isem BWIN se tkun qiegħda tinvesti f’Malta.
 
Il-BWIN għadha kif ingħatat diversi liċenzji hawn Malta mill-Awtorità tal-Logħob u Lotteriji (LGA) fil-jiem li għaddew biex joffru logħob relatat ma’ casino onlinesportsbook poker. Dan huwa sinjal pożittiv, stqarr Edward Zammit Lewis, filwaqt li l-interess fil-ġurisdizzjoni Maltija qiegħda kontinwament tiżdied.
 
Din il-kumpanija hija mniżżla fil-Borża ta’ Londra u għandha uffiċini madwar id-dinja fosthom pajjiżi fl-Ewropa, l-Indja, Iżrael u l-Istati Uniti.