Il-kumpanija Maltco tikkontribwixxi 130 miljun Ewro lil Malta fuq għaxar snin

Matul l-aħħar għaxar snin mindu bdiet l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha f’Malta, il-kumpannija Maltco ikkontribwixxiet lil Malta madwar €130 miljun. Dan tħabbar waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Finanzi Tonio Fenech fl-uffiċji tal-Maltco li jinsabu f’Ħal Lija.

Il-kumpannija Maltco ingħatat kuntratt ieħor ta’ għaxar snin sabiex tkun tista’ torganiżża l-lotterija nazzjonali kif ukoll logħob ieħor tal-lottu fl-għaxar snin li ġejjin.

Tħabbar ukoll li dan l-aħħar il-kumpannija Griega Intralot investiet €5 miljun f’sistema aħjar tal-Informazzjoni Teknoloġika għall-uffiċini tal-lottu.