Il-kumpanija tal-birra Corona tagħmel telf ta’ $140 miljun

Il-kumpanija li tipproduċi il-birra Corona irreġistrat tnaqqis fil-bejgħ drastiku minn minfu feġġ il-Coronavirus lejn tmiem is-sena li għaddiet.

Il-kumpanija Anheuser-Busch In Bev, li tipproduċi l-birer Budweiser, Stella Artois, Beck’s u Corona ħabbret li fl-aħħar xahrejn il-kumpanija esperjenzat telf ta’ $140 mijlun.

Analisti qed isostnu li l-kawża ta’ dan hija attribwita għal fatt li f’ħafna mir-riċerka li kienet qed issir fuq l-Internet l-isem tal-Birra beda jitla meta kienu qed ifittxu informazzjoni dwar il-marda tal-Coronavirus.