Il-kumpanija Betsson tkompli tinvesti f’pajjiżna

Waħda mill-akbar kumpaniji internazzjonali tal-gaming ‘Betsson’ mistennija tinvesti mal-€5.5 miljun f’bini ġdid u se tħaddem 200 persuna oħra sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech hekk kif waqt żjara lil din il-kumpanija sar magħruf li f’perjodu ta’ ħames snin, il-kumpanija żiedet il-ħaddiema tagħha minn mija għal ħames mija.

Il-Ministru Tonio Fenech sostna li dan it-tkabbir f’ din il-kumpanija internazzjonali tal-gaming qed iseħħ grazzi għal politika li ħaddem Gvern Nazzjonalista.