Il-kumpanija Attrans tinvesti fi trakkijiet ġodda

Il-kumpanija Maltija Attrans xtrat 16-il trakk ġdid li se jintużaw f’depots fl-Ewropa, fil-Marokk u fit-Tuneżija.
It-trakkijiet ġodda huma tat-tip Volvo Euro 6, b’magna 460HP u se jingħaqdu mal-flotta tal-kumpanija li tinkludi numru ta’ trakkijiet u madwar 300 trailer.
Il-kumpanija toffri servizz ta’ ġarr ta’ merkanzija mill-Ewropa lejn Malta u l-Afrika ta’ Fuq.