Il-Kummissjoni Venezja riedet sejħa pubblika għall-ħatra tal-Kummissarju

Il-parir tal-Kummissjoni Venezja fir-rapport tagħha fuq Malta hu li għall-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija għandu jkun hemm sejħa pubblika.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri meta kien qed iwieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Huwa qal li l-Europol ilha tassisti sa mill-ewwel mumenti fl-investigazzjonijiet dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, wara li twaqqfet Task Force bil-għan li uffiċjali tal-Europol ikunu Malta bħala parti mill-ħidma ta’ din it-task force.

Azzopardi staqsa jekk għalfejn il-Pulizija ta’ Malta sal-lum ma talbitx lill-Europol biex jitwaqqaf Joint Investigation Team, li mudell tiegħu jinsab f’riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew.