Il-Kummissjoni tbassar l-ogħla rata ta’ tkabbir u żieda fl-inflazzjoni

Fl-iktar tbassir ekonomiku riċenti tagħha, il-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta mistennija jkompli jkollha l-akbar tkabbari ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Fil-fatt, l-esperti tal-Kummissjoni qed ibassru rata ta’ tkabbir għal Malta ta’ 5.6% fl-2018 u ta’ 4.5% fl-2019.
It-tbassir għal Malta hu iktar mid-doppju tar-rata li bih mistennija tikber l-ekonomija Ewropea fl-istess snin, kif ukoll hu iktar mid-doppju tal-medja tat-tkabbir osservat f’Malta bejn l-2009 u l-2013.
Il-Kummissjoni Ewropea semmiet ir-rapport dwar Malta, “Malta: Growth continues at a sustained pace”.
L-esperti tal-Kummissjoni jgħidu li l-inflazzjoni mistennija tiżdied fis-sentejn li ġejjin. Bħalissa din tinsab fil-livell ta’ 1.3% u mitennija tiżdied għal 1.5% fl-2018 u 1.8% fl-2019.
Jgħidu wkoll li komplew ikunu sorpriżi biż-żieda fil-ġid nazzjonali f’Malta li laħqet is-7.2% fl-ewwel tliet kwarti tal-2017. Dan filwaqt li attribwixxew dan l-iżvilupp għas-settur tal-esportazzjoni, speċjalment il-qasam tas-servizzi.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li hu kommess li jkompli jinvesti biex l-ekonomija Maltija tissaħħaħ iktar fiż-żmien li ġej.
Tista' taqra r-rapport dwar it-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea hawnhekk: