L-Awtorità tal-Ippjanar tħassar il-laqgħat skedati kollha

Aġġornat 08:33 AM
Miguela Xuereb

Read in English.

L-Awtorità tal-Ippjanar ħassret il-laqgħat kollha li kellha skedati wara li ġiet kritikata talli qed tikser il-miżuri mħabbrin mill-Gvern.

Qabel, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet ħabbret id-deċiżjoni biex tibda mill-ġdid is-smigħ pubbliku għal-laqgħat tal-Kummissjoni tal-Ippjanar. Din id-deċiżjoni tmur kontra kull sanzjoni li ħareġ il-Gvern kontra kull tip ta’ laqgħat pubbliċi.

L-Ombudsman għall-Ippjanar ukoll oġġezzjona għas-smigħ pubbliku u sostna li dawn m’għandhomx isiru fid-dawl tas-sanzjonijiet li hemm fis-seħħ minħabba l-COVID-19. Intant, iċ-Chairman għall-Ippjanar, il-Perit Vince Cassar, instab pożittiv għall-coronavirus.

Informazzjoni kunfliġġenti

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li se tkun qed tieħu l-miżuri kollha neċessarji ta’ prekawzjoni sabiex tassigura s-saħħa pubblika u ssegwi d-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Din id-dikjarazzjoni ħarġet wara li Newsbook.com.mt u midja oħra lokali qalu li -PA kien għad għandha smigħ pubbliċi mniżżla fuq il-websajt tal-awtorità. Intant, il-websajt tal-Awtorità fiha wkoll aħbar li tgħid li s-smigħ pubbliċi kollha ġew sospiżi.

Il-PA qalet li l-Kummissjoni għall-Ippjanar “se tkun qed tiddeċiedi biss fuq dawk il-każijiet fejn ma kien hemm l-ebda tħassib dwarhom waqt l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ippjanar. Jiġifieri dawk il-każijiet li ħadd ma oġġezzjona għalihom.” Min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet tal-Board tal-Ippjanar għadhom pendenti. Bħalissa, il-Bord tal-Ippjanar għandha quddiema erba’ applikazzjonijiet, li kollha għandhom xi oġġezzjoni fil-konfront tagħhom. Iż-żewġ applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Qawra, sottomessi minn Daniel Refalo u Chloe Portelli, jitolbu għal sanzjonar tal-iskavar u kostruzzjoni ta’ numru kbir ta’ appartamenti. Refalo huwa business partner tal-iżviluppatur Joe Portelli, u Chloe Portelli hija bint Joe Portelli. Fiż-żewġ każijiet, jekk il-Bord tal-Ippjanar tara ż-żewġ applikazzjonijiet din il-ġimgħa, id-deċiżjoni tittieħed wara li jsir diferiment. Fiż-żewġ każijiet, il-minuti tal-Bord jgħidu:

“Iċ-Chairman esprima l-intenzjoni tiegħu li jivvota kontra r-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Ippjanar għax totalment mhux aċċettabbli li jitħalla li jsir skavar illegali fuq is-sit. Irresponsabbità tat-tip tista’ twassal għal inċidenti traġiċi simili għal dawk li seħħew aktar kmieni. Prof. Victor Axiak u Simone Mousu esprimew ukoll l-intenzjoni tagħhom li jivvutaw kontra r-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Ippjanar għall-istess raġuni indikata miċ-Chairman.

(…) Nofs il-membri preżenti esprimew l-intenzjoni li jmorru kontra r-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Ippjanar u b’hekk hemm possibiltà li l-vot tal-Bord imur kontra r-rakkomandazzjoni. Id-deċiżjoni ġiet diferita fid-dawl tar-regola 13(4) ta’ LN 162 tal-2016. Din ir-regola qiegħda fis-seħħ sabiex tevita li jkun hemm applikant li qed jaffaċċja li l-applikazzjoni tiegħu tiġi rrifjutata mingħajr ma jkollu l-possibiltà jirreaġixxi għall-kundizzjonijiet jew ir-raġunijiet tar-rifjut tal-applikazzjoni.”

Iċ-Chairman fi kwarantina…u l-Bord?

Membri viċin l-Awtorità tal-Ippjanar qalu li ma jistgħux jifhmu kif applikant li kiser il-liġi u għamel skavar illegali, se jitħalla jingħata permess jfittex rimedju għall-problema. Innutat ukoll id-diffikultà l-oħra li hemm bħalissa, li ċ-Chairman tal-Bord, il-Perit Vince Cassar, bħalissa jinsab f’iżolament għax instab pożittiv għall-coronavirus wara li wasal lura Malta mir-Renju Unit.

Sorsi ta’ Newsbook.com.mt staqsew jekk il-Bord innifisha kinitx fi stat ta’ saħħa tajba biex tibqa’ għaddejja b’din il-laqgħa, liema laqgħa issa legalment ipprojbita milli sseħħ. L-istess sorsi nnutaw li jekk isir live streaming tas-smigħ, dan imur kontra l-prinċipju ta’ smigħ pubbliku hekk kif dawk li qed joġġezzjonaw ma jkunux qed jingħataw il-possibiltà li jfittxu rimedju.

L-applikazzjoni ta’ Tignè hija parti mill-proġett Midi u kienet tmexxiet għas-26 ta’ Marzu wara li oriġinarjament is-smigħ kellu jsir fit-12 ta’ Marzu.

L-Ombudsman għall-Ambjent jilmenta mal-Ministru

Wara l-ilment li l-kandidat indipendenti Arnold Cassola għamel lill-Ombudsman fuq il-laqgħat ippjanati tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-Ombudsman tal-Ambjent Alan Saliba kiteb lill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia biex jesprimi d-diżappunt tiegħu fuq din il-kwistjoni serja.

L-Ombudsman qal lil Cassola li kien qed jistenna lill-Awtorità timxi mal-avviżi tagħha u mas-sanzjonijiet uffiċjali u ma torganizzax laqgħat.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn