​Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità f’post ġdid minn Ottubru

Minn Ottubru li ġej, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità se tirriloka f’binja ġdida, li bħalissa hija sit ta’ kostruzzjoni.
Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità Anthony Agius Decelis, qal li kienu tliet raġunijiet li wasslu biex jinbidel il-post: iktar awtonomija, aċċessibilità u livell ogħla ta’ customer care.
Il-binja l-ġdida se tinkludi wkoll parkeġġ għall-klijenti tagħha.
B’kollox inħarġu erba’ espressjonijiet għall-interess, minħabba li ma setax jinstab post kif mixtieq.
Il-kirja se tkun qiegħda tiswa €78,000 fis-sena, għal 10 snin.  Wara 10 snin jistgħu jagħżlu li jibqgħu f’din il-binja jew jirrilokaw x’imkien ieħor, bil-prezz mhux se jkun qiegħed jiżdied.
Ritratti: DOI – Clifton Fenech